Tuesday, September 24, 2024

Isir l-ewwel persuna b’diżabbiltà li ġera u temm il-maratona b’suċċess

Aqra wkoll

Alex Roca Campillo daħal fil-kotba tal-istorja tal-isport meta sar l-ewwel persuna b’diżabilità fiżika ta’ 76% li spiċċa maratona sħiħa. 

Huwa mifhum li Alex kellu diżabbiltá ċerebrali minn età żgħira, jiġifieri, marda ta’ nuqqas ta’ mobbiltá. 

Imma dan ma kienx se jwaqqfu milli jikteb l-istorja fl-atletika … meta fi tmiem il-ġimgħa li għadda  huwa temm b’suċċess il-maratona ta’ Barċellona. 

Fuq Twitter huwa kiteb: “Ktibt l-istorja!

“Sirt l-ewwel persuna b’diżabbbiltá li ġrejt il-maratona kollha: 42.195km.

“Dan kien possibbli grazzi għat-team kollu tiegħi. Grazzi lilkom kollha … m’għandix kliem!”

It-tweet tiegħu inkluda wkoll filmat meta qasam il-linja finali. Huwa deher viżibbilment emozzjonat hekk kif il-kobor ta’ dan il-mument kien wieħed evidenti. 

Waqt li kien qed jiċċelebra dan is-suċċes, huwa mill-ewwel ġie mdawwar minn bosta fotografi kif ukoll mill-familjari u l-ħbieb tiegħu. 

Huwa ngħata wkoll il-midalja tal-parteċipazzjoni tiegħu. 

Tassew ispirazzjoni għall-atleti kollha!

Sport