It-tennista Spanjol, Carlos Alcaraz, rebaħ it-tournament ta’ Indian Wells meta fil-finali għeleb lir-Russu Daniil Medvedev 6-3 6-2 biex iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena ma tilifx set wieħed fis-sitt logħbiet ta’ dan it-tournament biex se jirritorna fl-ewwel post fid-dinja fil-Klassifiki ATP.
Huwa qal: “Dan ifisser ħafna għalija. Li nirkupra li nkun fl-ewwel post tar-rankings hija ħolma għalija.
“Iżda li ngħolli t-trofew hawn hija xi ħaġa speċjali wkoll … inħobb ħafna dan it-tournament. Inħobb ħafna l-ħin tiegħi hawn u ovvjament ħassejt l-imħabba min-nies mill-ewwel jum.”
Issa tliet darbiet champion tal-ATP Masters 1000 bħala champion taż-żewġ titli ta’ Miami u Madrid, Alcaraz huwa d-disa’ u l-iżgħar player li rebaħ iż-żewġ legs tas-Sunshine Double — Indian Wells u Miami — fil-karriera tiegħu.
B’hekk huwa jingħaqad mal-kompatrijott tiegħuRafael Nadal bħala l-uniċi players li rebħu mill-inqas tliet titli tal-Masters 1000 meta kienu żgħażagħ, b’Nadal jirbaħ sitta qabel għalaq 20 sena.