Saturday, December 21, 2024

Tennis: Carlos Alcaraz jiddefendi l-Indian Wells b’suċċess

Aqra wkoll

In-numru tnejn tad-dinja, Carlos Alcaraz, iddefenda t-titlu tiegħu ta’ Indian Wells b’rebħa fuq Daniil Medvedev f’ripetizzjoni tal-finali tas-sena l-oħra.

Alcaraz, 20 sena, għeleb lin-numru 4 tad-dinja 7-6 (7-5) 6-1 biex rebaħ l-ewwel titlu tiegħu minn Wimbledon f’Lulju li għadda

L-Ispanjol kien qed jirritorna minn injury fl-għaksa li ġiegħlitu jirtira mil-logħba tal-ftuħ tiegħu fir-Rio Open ix-xahar li għadda.

“Inħobb nilgħab hawn – huwa tant speċjali għalija,” qal Alcaraz.

“Din is-sena hija daqsxejn aktar speċjali għax qabel it-tournament kont qed naħseb jekk kontx se nilgħab l-aħjar tiegħi jew le minħabba l-injury fl-għaksa.

“Kien hemm ħafna dubji imma jien tassew kuntent li għelibt din il-problema. Għamilna xogħol tassew tajjeb barra l-court biex nippruva nirkupra mill-aħjar li nista’.”

Fl-ewwel set, Alcaraz irkupra minn żvantaġġ ta’ 3-0 biex eventwalment sfurza tie-break u rnexxielu jirbħu.

Fit-tieni set huwa kisser is-service ta’ Medvedev darbtejn biex aċċerta t-13-il titlu fil-karriera tiegħu u sar l-ewwel tennista li ddefenda b’suċċess l-Indian Wells minn meta Novak Djokovic rebaħ tliet titli konsekuttivi mill-2014 sal-2016.

Ekonomija

Sport