Wednesday, July 24, 2024

Daniel Maldini jimxi fuq il-passi ta’ missieru

Aqra wkoll

F’kumbinazzjoni straordinarja, Daniel Maldini mexa fuq il-passi ta’ missieru Paolo billi skorja goal tas-Serie A kontra t-team ta’ Cagliari bi Claudio Ranieri bħala coach.

Il-familja tal-football għadha għaddejja, hekk kif Da­niel Maldini skorja tliet goals fl-aħħar erba’ logħbiet tiegħu minn meta ngħaqad ma’ Monza b’self mingħand Milan f’Jannar.

Huwa dawwar free-kick sensazzjonali minn taħt il-mimduda biex issiġilla r-rebħa ta’ 1-0 tas-Sibt fuq Cagliari.

B’mod kurjuż, wieħed mid-29 goals biss fil-karrie­ra tas-Serie A li skorja Paolo Maldini kien ukoll kontra Cagliari fi Frar tal-1991.

Waqt dak id-draw ta’ 1-1 ma’ Milan, il-coach bilqegħda fuq il-bankina ta’ Cagliari kien – bħal-lum – Claudio Ranieri.

Daniel Maldini ma kienx se jitwieled qabel 10 snin oħra, f’Ottubru tal-2001, iżda Ranieri rritorna mat-team ta’ Sardinja wara kważi 22 sena, u għenhom jirbħu l-promozzjoni mis-Serie B.

Għandha tkun kumbinazzjoni rari għal coach li jkollu kemm missier kif ukoll iben jiskorjaw kontra t-timijiet tiegħu.

Ekonomija

Sport