Saturday, December 21, 2024

Tennis: Carlos Alcaraz jirbaħ l-Open ta’ Madrid

Aqra wkoll

It-tennista żagħżugħ Spanjol, Carlos Alcaraz, temm ġimgħa maġika b’rebħa fuq Alexander Zverev, li kien qed jiddefendi t-titlu, fil-finali tal-Madrid Open.

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena, li kien għeleb lil Rafael Nadal u Novak Djokovic fiż-żewġ logħbiet tiegħu ta’ qabel, għeleb lit-tieni seed Ġermaniż 6-3 6-1.

Dan kien it-tieni unur tal-Masters 1000 ta’ Alcaraz wara Miami, ix-xahar li għadda, u r-raba’ titlu tiegħu tas-sena.

Huwa mistenni jitla’ fis-sitt post tar-rankings tad-dinja qabel l-Open ta’ Franza li se jsir lejn tmien dan ix-xahar.

“Dan il-kampjonat huwa speċjali għalija għax huwa tournament li ġejt u segwejt meta kien għad kelli seba’ jew tmien snin,” huwa qal.

Alcaraz kien f’forma brillanti sa mill-bidu kontra Zverev, li s-semi-finali tiegħu kontra r-raba’ seed Grieg, Stefanos Tsitsipas, ma spiċċatx qabel is-1.00 am,  ħin lokali tal-Ħadd.

Huwa għeleb lill-Ġermaniż, li kien qed ifittex it-tielet titlu fil-kapitali Spanjola.

Zverev deher totalment dgħajjef quddiem il-qawwa ta’ Alcaraz fejn ma kellu l-ebda risposta għalih. 

Alcaraz għamilhom 4-2 fil-ftuħ tas-set biex kien f’kontroll assolut. Fit-tieni set huwa kisser is-set tal-avversarju tliet darbiet biex aċċerta mir-rebħa f’ħin ta’  f’siegħa u erba’ minuti biss … fejn kien appoġġat mill-pubbliku tiegħu stess.

Ekonomija

Sport