Tuesday, May 14, 2024

Manchester City jersqu viċin ir-rebħ tal-Premier League

Aqra wkoll

Wara l-eliminazzjoni miċ-Champions Lea­gue, Manchester City ospitaw lil Newcastle United u rebħulhom bl-iskor ta’ 5-0  biex għamlu pass kbir lejn ir-rebħ tat-titlu. 

Il-goals tagħhom waslu minn Raheem Sterling (19, 95), Aymeric Laporte (38), Rodri Hernandez (61) u Phil Foden (92). 

Issa s-Citizens jmisshom jilagħbu żewġ partiti barra minn darhom kontra Wolves u West Ham bil-possibbiltá li jiċċelebraw kontra Aston Villa f’darhom. 

Arsenal v Leeds – Arsenal irreġistaw rebħa mill-aktar importanti meta għelbu lil Leeds bl-iskor ta’ 2-1 biex b’hekk daħlu fit-taqtiegħa għat-tielet post meta jinsabu punt biss taħt Chelsea. 

Il-protagonista tal-Gunners kien Edward Nketiah (5, 10) li skorja ż-żewġ goals filwaqt li Diego Llorente (66) wieġeb għall-Peacocks li kellhom lil Luke Ayling (26) imkeċċi. 

B’din it-telfa Leeds jinsabu fil-periklu tar-relegazzjoni.

Leicester v Everton – Mhux l-istess jista’ jingħad għal Everton li marru għand Leicester u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 biex għamlu pass kbir għas-salvazzjoni. 

L-iskorers tat-Toffees kie­nu Vitaliy Mykolenko (6), u Mason Holgate (30) filwaqt li Patson Daka (11) irrisponda għall-Foxes (11). 

Norwich v West Ham – Barra minn darhom West Ham għelbu lil Norwich bl-iskor ta’ 4-0. Il-goals ġew skorjati minn Said Benrahma (12, 45), Michail Antonio (30) u Manuel Lanzini (65 pen).  

Sport