Saturday, May 4, 2024

Neil Robertson Player tas-Sena tas-snooker

Aqra wkoll

Neil Robertson ġie magħżul il-Player tas-Sena tal-World Snooker Tour għall- ewwel darba, wara li rebaħ erba’ tournaments matul l-istaġun 2021/22.

L-Awstraljan Robertson għolla t-trofew fl-English Open, il-Masters, il-Players Championship u t-Tour Championship matul l-aktar staġun prolifiku tal-karriera tiegħu. Huwa kien eliminat fit-tieni round tal-Kampjonat tad-Dinja iżda kellu l-konsolazzjoni li jagħ­mel il-massimu ta’ 147 fil-Crucible.

Ronnie O’Sullivan rebaħ il-premju tal- Player tas-Sena tal-Ġurnalisti Snooker, ivvutat mill-midja madwar id-dinja li tkopri is-snooker. O’Sullivan rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja kif ukoll il-World Grand Prix, u spiċċa l-istaġun fil-quċċata tar-rankings mondjali.

O’Sullivan rebaħ ukoll il-premju tal- Prestazzjoni tas-Sena għar-rebħ tal-Kampjo­nat tad-Dinja għas-seba’ darba, meta għeleb lil Judd Trump 18-13 fil-finali biex laħaq ir-rekord ta’ seba’ titli fil-Crucible stabbilit minn Stephen Hendry.

Il-premju tal-Player tas-Sena tal-Partitarji, ivvutat mill-partitarji fuq l-App WST u fuq pjattaformi tal-midja soċjali fiċ-Ċina, mar għand Zhao Xintong. L-ass Ċiniż kiseb l-ew­wel titlu ranking tiegħu fil-UK Championship u kompla jirbaħ il-German Masters, u tela’ fin-numru sitta tad-dinja.

Il-Mument Maġiku tas-Sena mar għand Robertson għall-147 meraviljuż tiegħu waqt il-partita tiegħu tal-Kampjonat tad-Dinja kontra Jack Lisowski hekk kif sar biss it-tmien player li għamel il-massimu fil-Crucible.

Iċ-Ċiniż Wu Yize, 18-il sena, rebaħ ir-Roo­kie tas-Sena wara staġun ta’ debutt promettenti li kien jinkludi ġirjiet għall-aħħar 32 ta’ tliet tournaments ranking.

Hemm żewġ daħliet ġodda fis-Snooker Hall of Fame, għall-players u amministraturi kbar li kellhom impatt sinifikanti fuq l-isport.

Dawn huma: Reanne Evans, l-aktar player ta’ suċċess fit-tour tan-nisa, li rebħet il-Kampjonat tad-Dinja rekord 12-il darba.

Alison Fisher, li rebħet il-Kampjonat Dinji tan-Nisa seba’ darbiet fis-snin 80 u 90 u lagħbet regolarment f’tournaments professjonali tele­viżivi f’dik l-era.

Kemm Reanne kif ukoll Alison taw kontribuzzjoni eċċellenti għat-tkabbir tas-snooker u għalhekk ġew milqugħa fil-Hall u Fame.

Ir-rebbieħa preċedenti tal-Player tas-Sena tas-snooker huma:

2011: John Higgins

2012: Ronnie O’Sullivan

2013: Mark Selby

2014: Ronnie O’Sullivan

2015: Stuart Bingham

2016: John Higgins

2017: Mark Selby

2018: Ronnie O’Sullivan

2019: Judd Trump

2020: Judd Trump

2021: Judd Trump

2022: Neil Robertson

Sport