Tuesday, May 14, 2024

Tennis: Djokovic se jingħaqad ma’ Nadal, Federer u Murray fil-Laver Cup

Aqra wkoll

Novak Djokovic se jkun qed jingħaqad ma’ Rafael Nadal, Roger Federer u Andy Murray biex jilgħab ma’ Team Europe fil-Laver Cup.

L-avveniment, li jtella’ sitt players Ewropej kontra sitta minn Team World fuq tlett ijiem, se jsir fl-O2 Arena, Londra, bejn it-23 u l-25 ta’ Settembru.

S’issa Felix Auger-Aliassime, Taylor Fritz u Diego Schwartzman ġew imsemmija fit-Team World.

“Huwa l-uniku avveniment fejn tilgħab f’team ma’ players li normalment tkun qed tikkompeti kontrihom,” qal Djokovic.

“Li ningħaqad ma’ Rafa, Roger u Andy – tlieta mill-akbar rivali tiegħi ta’ kull żmien – se jkun mument tassew uniku fl-istorja tal-isport tagħna.”

F’termini ta’ rebħiet tal-Grand Slam, Nadal għandu 22, Djokovic 21, Federer 20 u Murray għandu tlieta.

Team Europe, li bħala captain għandu lil Bjorn Borg, rebħu l-erba’ avvenimenti preċedenti tal-Laver Cup.

“Ma naħsibx li stajt nimmaġina li jkolli dawn l-erba’ ikoni tal-isport f’team wieħed flimkien,” qal Borg, li l-eks rival ta’ żmien twil tiegħu, John McEnroe, huwa l-captain ta’ Team World.

“Naf li, bħali, japprezzaw is-sinifikat ta’ dan il-mument u se jkunu tassew għal dan. Kull sena l-għan tagħna huwa li nirbħu. B’Rafa, Roger, Andy u Novak fit-team, qed jogħġbuni ċ-ċansijiet tagħna.”

Sport