Sunday, November 15, 2026
Home Sport Tennis: Elina Svitolina tegħleb lil Linda Noskova u tikkwalfikaw għall-finali tal-WTA Finals

Tennis: Elina Svitolina tegħleb lil Linda Noskova u tikkwalfikaw għall-finali tal-WTA Finals

0
17

Elina Svitolina kellha wirja dominanti meta għelbet lil Linda Noskova 6-2, 6-1 fis-semi-finali tal-WTA Finals f’Indian Wells, biex kisbet postha fil-finali.

L-Ukrena kellha bżonn biss 65 minuta biex għelbet lit-tennista Ċeka, grazzi għal logħob aggressiv u ritorn eċċellenti.

Noskova bdiet tajjeb u kisret is-service ta’ Svitolina fl-ewwel logħba, iżda din wieġbet minnufih u gradwalment ħadet il-kontroll tal-logħba biex rebħet l-ewwel set 6-2.

Fit-tieni set, Svitolina kompliet tiddomina u rebħet ħames logħbiet konsekuttivi qabel għalqet il-konfront 6-1. 

B’din ir-rebħa, l-Ukrena għaddiet għat-tielet finali tagħha f’dan it-tournament.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here