Friday, September 13, 2024

Tennis: Francesca Curmi u Elaine Genovese jiktbu l-istorja fil-Logħob tal-Mediterran

Aqra wkoll

Fil-Habib Khelil Tennis Complex, Elaine Genovese u Francesca Curmi kkwalifikaw għall-finali tal-Logħob tal-Mediterran meta fis-semi-finali għelbu lill-koppja Taljana,  Nuria Brancaccio u Aurora Zantedeschi 2-1.

Wara li tilfu l-ewwel set 6-3, il-Maltin għamlu reazzjoni fejn fit-tieni set telgħu ras imb’ras mal-avversarji tant li kellu jsir tie break wara li spiċċa f’paritá ta’ 6-6 … biex eventwalment il-Maltin ħarġu rebbieħa 7-5. Huma komplew jibbrillaw biex rebħu t-tielet set bil-konsegwenza li għaddew għall-finali li se tintlagħab il-Ħamis, bl-avversarji jkunu Jessica Bouzas Maneiro u Guiomar Maristany Zuleta ta’ Spanja.

Ekonomija

Sport