Friday, December 13, 2024

Tennis – French Open: Fernandez u Trevisan l-ewwel nisa li jħaddu għall-kwarti-finali

Aqra wkoll

Meta ngħata bidu għar-round tal-aħħar 16 tal-French Open li qed isir f’Roland Garros, Pariġi, kienu Leylah Fernandez u Martina Trevisan, li l-ewwel għaddew għall-kwarti-finali.

Il-Kanadiża Fernandez, finalista fil-US Open f’Settembru li għadda, iltaqgħet kontra l-Amerikana, Amanda Anisimova, u għel­bitha fi tliet sets bil-punteġġ ta’ 6-3 4-6 6-3.

Fernandez, li hija seed numru 17,  ma fdat xejn wara li tilfet it-tieni set tant li rebħitu bl-istess punteġġ tal-ewwel wieħed.

Iżda l-ewwel player li għaddiet għall-aħħar tmienja kienet it-Taljana, Trevisan, li kellha titħabat biex telimina lil Belarussa Aliaksandra Sasnovich, bit-tiebreak tal-ewwel set ikun maratona iżda rebħet il-logħba, 7-6 (12-10) 7-5.

L-aħħar player li għaddiet għall-aħħar 16 kienet l-Amerikana Madison Keys li għelbet lil Elena Rybakina tal-Kazakhstan li għel­bitha fi tliet sets wara li din tal-aħħar ħadet l-ewwel wieħed iżda finalment kienet Keys li ħarġet rebbieħa, 3-6 6-1 7-6 (7-2) biex kom­­­p­liet tavvanza.

Fil-kategorija tal-irġiel id-Daniż Holger Rune, kiseb rebħa tajba meta għeleb lill-Franċiż Hugo Gaston, b’mod faċli bi tliet sets identiċi ta’ 6-3 6-3 6-3 li rawh jaqta’ l-passaġġ għall-aħħar 16 fejn se jiltaqa’ kontra s-seed numru 4, il-Grieg Stefanos Tsitsipas, li jidher li jinsab f’forma tajba f’dan it-tournament tant li kull darba li sab dahru mal-ħajt dejjem irnexxielu idawwar il-logħba.

Anke l-Iskandinav l-ieħor, in-Norveġiż Casper Ruud, kompla javvanza meta elimina lit-Taljan Lorenzo Sonego f’logħba li marret sal-aħħar wara li Ruud kien sab ruħu 2-1 minn taħt wara li kien hu li rebaħ l-ewwel set.

Ruud, li issa se jiltaqa’ kontra l-Pollakk, Herbert Hukarcz, rebaħ bil-punteġġ ta’ 6-2, 6-7 (3-7) 1-6, 6-4 6-3.

Illum ikompli jintlagħab ir-round tal-aħħar 16 b’dan il-programm:

Irġiel: Andriy Rublev (Russja) v Jannik Sinner (Italja); Casper Ruud (Norveġja) v Herbert Hukarcz (Polonja); Holger Rune (Danimarka) v Stefanos Tsitsipas (Greċja); Marin Cilic (Kroazja) v Daniil Medvedev (Russja).

Nisa: Veronika Kudermetova (Russja) v Madison Keys (US); Iga Swiatek (Polonja) v Qiwen Zheng (Ċina); Jessica Pegula (US) v Irina-Camelia Begu (Rumanija; Daria Kasatkina (Russja) v Camila Giorgi (Italja).

Ekonomija

Sport