Thursday, December 26, 2024

Tennis: Il-Kanada jirbħu l-ATP Cup għall-ewwel darba

Aqra wkoll

Felix Auger-Aliassime ta t-titlu tal-ATP Cup lill-Kanada għall-ewwel darba b’rebħa 7-6 (7-3), 6-3 kontra Roberto Bautista Agut biex issiġilla rebħa ta’ 2-0 kontra Spanja.

Il-Kanada tilfu l-ewwel erba’ logħbiet tagħhom fit-tournament u setgħu ġew elimi­nati qabel lagħbu t-tielet partita ta’ Grupp C. Iżda grazzi għal riżultati favorevoli, huma xorta kellhom iċ-ċans u ħatfu l-opportunità li ġiethom.

Auger-Aliassime u Denis Shapovalov reb­ħu d-doubles deċiżivi tas-Sibt kontra r-Rus­sja biex eliminaw liċ-champions kurrenti. U bit-trofew fuq il-linja, huma lagħbu l-aqwa tennis tagħhom biex għelbu lill-finalisti darb­tejn, Spanja.

“L-emozzjonijiet huma inkredibbli. Ma hemm l-ebda sensazzjoni aħjar milli tirbaħ. Ħallejna kollox hemmhekk. Ġejna mill-bogħod f’din il-kompetizzjoni, tlifna l-ew­wel erba’ logħbiet tagħna. Iżda dejjem bqajna nemmnu,” qal Auger-Aliassime. “Naħseb li dan huwa importanti ħafna. Aħna nafdaw lil xulxin għall-ogħla livell. Jien u Denis, kulħadd fit-team – Brayden Schnur lagħab fis-singles, Steven Diez lagħab fid-doubles u ilhom jappoġġjawna l-ġimgħa kollha. Huma għandhom tournament il-ġimgħa d-dieħla, iżda qegħdin hawn kuljum lesti biex jipprattikaw, lesti biex jappoġġawna.”

Fl-ewwel singles, Shapovalov rebaħ il- logħba bejn in-numri 2 meta għeleb lil Pablo Carreno Busta 6-4 6-3 li kien minn fuq 4-1 fil-konfronti ta’ bejniethom.

 “Ma stajtx xtaqt għal bidu aħjar. Kieku ma kienx għal Denis fl-aħħar jumejn, ma konniex inkunu hawn bħalissa. Nixtieq nifraħlu. Huwa kien inkredibbli,” qal Auger-Aliassime. “Huwa tilef l-aħħar drabi kontra Carreno u llum rebaħ f’sets dritti. Mhux b’faċilità, iżda l-mod kif jista’ jilgħab rebaħ b’mod taj­jeb, allura onestament kull kreditu għalih.”

Ekonomija

Sport