ll-leġġenda tat-tennis Martina Navratilova ħabbret li fieqet mill-marda qerrieda tal-kanċer. Dan kollu seħħ wara li attendiet għal diversi sessjonijiet ta’ kimoterapija wara li tfaċċalha tumru f’sidirha u f’gerżumitha.
L-eks tennista numru wieħed illum għandha 66 sena u qalet li minkejja kollox, hi se tkompli bit-trattamenti tagħha għalkemm sa ċertu punt serrħet ftit rasha wara l-aħbar li kienu tawha t-tobba.
Navratilova hi mir-Repubblika Ċeka u fis-snin sebgħin, tmenin u disgħin kienet l-aqwa tennista tad-dinja.