Saturday, October 26, 2024

Tennis: Nadal mhux se jipparteċipa fil-Montecarlo Masters 

Aqra wkoll

It-tennista Spanjol Rafael Nadal se jkun qed jitlef it-turnament prestiġġjuż tal-Montecarlo Masters li se jsir matul is-sebat ijiem li ġejjin hekk kif għadu qed jirkupra minn injury.

Fil-fatt it-tobba kellhom iċ-ċans jaraw lil dan il-plejer li qed ibati minn uġigħ f’ġenbu. Hu anke tilef l-Indian Wells u L-Open ta’ Miami fost id-diżappunt li ħass.  

F’kumment li ta fil-midja soċjali, Nadal qal li jittama li jkun tajjeb għal Mejju li ġej sabiex jilgħab fl-Open ta’ Roland Garros għalkemm din il-possibbilta’ tidher li għadha xi ftit.

Sport