Nick Kyrgios irtira minn Wimbledon, li proprju se jibda llum, minħabba injury fil-polz.
L-Awstraljan ta’ 28 sena tilef kontra Novak Djokovic fil-finali tas-singles tal-irġiel tas-sena l-oħra u din is-sena lagħab tournament wieħed biss minħabba injury fl-irkoppa fejn kellu jeħtieġ operazzjoni.
Kyrgios ħabbar il-Ħadd filgħaxija li sofra injury fil-ligament tal-polz waqt it-taħriġ tiegħu.
“Ninsab tassew imdejjaq hekk kif qed inħabbar li qed nirtira minn Wimbledon,” kiteb fuq Instagram.
“Għamilt l-almu tiegħi biex inkun lest wara l-operazzjoni u biex inkun nista’ nerġa’ nilgħab fil-courts ta’ Wimbledon.
“Matul ir-ritorn tiegħi, esperjenzajt xi uġigħ fil-polz matul il-ġimgħa f’Mallorca.
“Bħala prekawzjoni għamilt it-testijiet kollha neċessarji iżda sfortunatament ġie ndikat li ċarrat il-ligament tal-polz.
“Għaldaqstant kontra qalbi qed inħabbar li mhux se nieħu sehem f’dan it-tournament.