Novak Djokovic għeleb lil Daniil Medvedev fil-finali tas-singles tal-irġiel tal-US Open 2023 li ntemm nhar il-Ħadd fi Flushing Meadows, New York.
B’rebħa ta’ 6-3 7-6 (7-5) 6-3, il-player ta’ 36 sena rebaħ l-24 titlu tiegħu tas-singles ta’ Grand Slam, biex laħaq ir-rekord ta’ 50 sena tal-Awstraljana Margaret Court mat-tieni tentattiv wara li tilef f’Wimbledon f’Lulju li għadda, u saħħaħ il-każ tiegħu biex jitqies bħala l-akbar tennista ta’ kull żmien.