It-tennista numru wieħed tad-dinja, Novak Djokovic, kiseb l-ewwel titlu tiegħu f’aktar minn sitt xhur wara li għeleb lil Stefanos Tsitsipas 6-0 7-6 (7-5) biex rebħa l-Italian Open.
Djokovic, li kien deportat minħabba li naqas jitlaqqam minħabba l-Covid-19 qabel l-Australian Open, kien ilu ma jirbaħ tournament minn meta għolla t-trofew tal-Masters ta’ Pariġi, f’Novembru tas-sena li għaddiet.