Wednesday, April 24, 2024

Jiċċelebraw il-50 sena żwieġ b’donazzjoni ta’ €2,500 lil Puttinu

Aqra wkoll

F’dawn l-aħħar ftit snin issaħħet id-drawwa li minflok jingħataw rigali f’għeluq snin xi ħadd jew minflok ma jingħataw suvenirs fit-tiġijiet, tinġabar donazzjoni li mbagħad tingħata lil xi għaqda li tgħin lil min hu fil-bżonn.

Il-koppja Tom u Hanneke Jansen jidher li jħaddnu dan il-ħsieb, hekk kif għall-50 anniversarju taż-żwieġ tagħhom, minflok ma xtraw rigal lil xulxin għażlu li jagħtu donazzjoni lil Puttinu.

Puttinu Cares aktar kmieni dalgħodu, fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook ħabbru li ngħataw donazzjoni ta’ €2,500 mingħand din il-koppja.

Sport