Wednesday, March 27, 2024

Kylian Mbappe jieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħu iżda …

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Franċiż, Kylian Mbappe, sostna li ħa deċiżjoni dwar il-futur tiegħu.  

Dan qalu fis-serata li għat-tielet darba fil-karriera tiegħu huwa ġie ppreżentat bit-trofew tal-Aħjar Player tas-Sena fi Franza.

Bħalissa teżisti spekulazzjoni dwar il-futur tal-player ta’ 23 sena ta’ Paris St Germain. Qed jingħad li huwa se jingħaqad ma’ Real Madrid hekk kif fi tmiem l-istaġun jintemmlu l-kuntratt. 

 Huwa qed jippjana li jħabbar id-deċiżjoni tiegħu qabel ma Franza tilgħab kontra d-Danimarka fin-Nations League, fit-3 ta’ Ġunju.

Filwaqt li rrifjuta li jiżvela xi aħbar minkejja li ngħata biżżejjed opportunità biex jagħmel dan fiċ-ċerimonja tal-premjazzjoni, irringrazzja “lil PSG, lil sħabi u lill-coach, li permezz tagħhom ninsab hawn.”

Ekonomija

Sport