It-tennista Serb Novak Djokovic jista’ jitlef l-Indian Wells Masters u anke l-Open ta’ Miami wara li l-Istati Uniti estendiet il-bżonn ta’ ċertifikat tat-tilqima tal-COVID-19 lill-individwi li mhux Amerikani.
L-awtoritajiet Amerikani ddeċidew li jħallu dan ir-rekwiżit sal-10 t’April li ġej u dan ifisser li l-21 darba champion tal-Grand Slam se jkollu jara dawn iż-żewġ turnament minn fuq is-sett tat-televiżjoni.
L-Indian Wells se jkun qed iseħħ mis-6 sad-19 ta’ Marzu filwaqt li l-Open ta’ Miami se jkun qed isir bejn l-20 ta’ Marzu u t-2 ta’ April.