Thursday, December 26, 2024

Tennis: Simona Halep sospiża għal erba’ snin wara li nstabet pożittiva għad-doping

Aqra wkoll

Simona Halep, darbtejn champion ta’ Grand Slams, ġiet sospiża għal erba’ snin wara li nstabet pożttiva fit-test tad-doping. 

Tribunal indipendenti ddetermina li r-Rumena ta’ 31 sena wettqet ksur “intenzjonali” tal-antidoping.

Halep qalet fi stqarrija li beħsiebha tappella mid-deċiżjoni fil-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport.

“Qed inkompli nitħarreġ u nagħmel dak kollu li nista’ biex innaddaf ismi minn dawn l-allegazzjonijiet foloz,” qalet.

Halep ittestjat pożittiva għall-użu tar-roxadustat fl-US Open tas-sena l-oħra.

Hija nstabet ħatja wkoll li użat sustanza jew metodu pprojbit mhux speċifikat fl-2022 wara li nstabu irregolaritajiet fil-passaport bijoloġiku tagħha.

It-tribunal aċċetta l-argument ta’ Halep li kienet ħadet suppliment ikkontaminat, iżda ddeċidiet li dan ma kienx jirriżulta fil-konċentrazzjoni ta’ roxadustat misjuba fil-kampjun tal-awrina tagħha.

Ekonomija

Sport