Elina Svitolina żammet ħajjin it-tamiet tagħha li tikkwalifika għas-semi-finali tal-WTA Finals wara li għelbet lil Karolina Muchova 2-1, bl-iskor ta’ 3-6, 6-2, 6-2.
Muchova rebħet l-ewwel set u dehret fil-kontroll tal-partita, iżda Svitolina rreaġixxiet tajjeb fit-tieni set biex għamlet l-iskor indaqs.
L-Ukrena kompliet tiddomina fit-tielet set, fejn kisbet żewġ breaks biex għalqet il-konfront favur tagħha.
B’din ir-rebħa, Svitolina kisbet l-ewwel suċċess tagħha fil-grupp u żammet iċ-ċans li tasal mal-aħħar erbgħa.
Min-naħa l-oħra, Muchova sofriet it-tieni telfa konsekuttiva u ġiet eliminata mill-kompetizzjoni.




