Wednesday, April 24, 2024

Terence Vella l-aktar veloċi mis-sewwieqa kollha fis-7 Round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Il-Ħadd, 3 ta’ Diċembru, Island Car Club organizza s-7 Round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb fit-triq li tagħti għall-Bajja tal-Ġnejna fil-limiti tal-Imġarr, Malta.

Terence Vella kien l-aktar veloċi mis-sewwieqa kollha fil-klassijiet differenti, segwit minn Hubert Camilleri u Dominic Zammit fit-2 u t-3 post, rispettivament. Vella, Camilleri u Zammit kollha saqu karrozzi tat-tip Radical.

Isaac Decelis kien l-aktar veloċi f’karozza tat-triq, Stefanie Calleja kienet l-aktar sewwieqa mara veloċi, u Lucas Pace kien l-aktar veloċi fost is-sewwieqa f’karozza klassika. Barra minn hekk, Gabriel Sammut kien l-aktar veloċi fuq karozza front-wheel drive, Joe Cutajar l-aktar veloċi fuq karozza rear-wheel drive u Roberto Gauci l-aktar veloċi f’karozza klassika modifikata, u Nicky Gauci kien l-aktar sewwieq veloċi taħt il-25 sena.

Josef Abela kien Clerk of the Course, William England kien Steward, u Eman Scicluna kien Time Keeper. Armata ta’ voluntiera għenet ukoll lil dawn l-uffiċjali f’diversi rwoli.

It-8 u l-Aħħar round huwa skedat għat-Tlieta 13 ta’ Diċembru fl-Imtahleb limiti tar-Rabat. L-aħħar round se jkun interessanti peress li l-kampjonat għadu miftuħ bejn Hubert Camilleri u Mark Micallef. Hubert Camilleri, bil karozza numru 23, Radical Pro Sport ta’ 1340cc, għandu total ta’ 42 punt, Mark Micallef, karozza numru 523, Norma M20 ta 1998cc, għandu 38 punt u Terence Vella bil-karozza 535 li għandu 36 punt.

Sport