Sunday, December 22, 2024

Terremot jheżżeż il-Lbiċ ta’ Malta fl-aħħar ħinijiet

Aqra wkoll

Kien ftit qabel id-9.00 meta fil-Lbiċ ta’ Malta ġiet irreġistrata theżżiża. Mill-ewwel kienu l-bosta li marru fuq il-midja soċjali jitkellmu dwar dan għalkemm jidher li ma tantx inħass mill-gżejjer Maltin.

Skont informazzjoni maħruġa miċ-ċentru siżmiku tal-Università ta’ Malta jidher li t-terremot tkejjel b’saħħa ta’ madwar 3.8 fuq l-iskala richter.

It-terremot seħħ fl-istess postijiet li f’Jannar ta’ din is-sena kienu jsiru diversi tant li kien hemm min beda juri t-tħassib tiegħu.

Dakinhar f’kummenti lil dan is-sit Prof. Pauline Galea mid-Dipartiment tal-Geoxjenza fl-Università ta’ Malta qaltilna li dak li qiegħed iseħħ huwa xi ħaġa li ġrat kemm-il darba fil-passat u biex ngħidu hekk hija xi ħaġa tipika fir-reġjun tagħna. Hija madanakollu ma eskludietx li dawn it-terremoti jistgħu jkunu qegħdin iwittu t-triq għal terremot aktar b’saħħtu.

Ekonomija

Sport