Friday, November 15, 2024

Terremot qawwi fiċ-Ċina jħalli 65 persuna mejta

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 65 persuna mietu wara li terremot ta’ 6.6 laqat in-naħa tal-Lbiċ taċ-Ċina. It-terremot seħħ it-Tnejn li għadda, għall-ħabta tas-1.00 p.m. ħin lokali, fil-provinċja ta’ Sichuan f’fond ta’ 10 kilometri. 

L-impatt kien tant qawwi li qata’ l-linji tat-telekomunikazzjoni u wassal ukoll għal valangi tal-muntanji li kkawżaw “ħsarat serji”. Intant, madwar 21 miljun ruħ fil-kapitali tas-Sichuan, Chengdu, il-ġimgħa li għaddiet ġew ordnati jibqgħu fi djarhom minħabba r-regolamenti tal-Covid.

L-epiċentru tat-terremot kien f’Luding, belt f’reġjun muntanjuż remot li jinsab madwar 226 kilometru fil-Lbiċ ta’ Chengdu, skont iċ-Ċentru tan-Netwerks tat-Terremoti fiċ-Ċina. 

Ix-xandar tal-istat CCTV qal li 17-il persuna mietu fil-belt ta’ Ya’an, filwaqt li 29 oħra ġew irrapportati li mietu f’Ganzi. Sittax-il persuna oħra għadhom mitlufa u 50 oħra sofrew xi ġrieħi.

Ekonomija

Sport