Terremot b’qawwa ta’ 4.6 fuq l-Iskala Ritcher fil-belt ta’ Napli heżżeż l-art u werwer lir-residenti lokali. Ixxokjati b’dak li ddeskrivew bħala “ħoss tremend”, dawn ħarġu jiġru fit-toroq.
L-epiċentru ta’ dan it-terremot huwa rrapportat li seħħ ftit ‘il barra mill-kosta taż-żona attiva u vulkanika ta’ Phlegraean Fields f’fond ta’ 1.5 mili.
Mara li tgħix fid-distrett ta’ Vomero qalet lill-ġurnalisti li għadha titriegħed bil-biża’ hekk kif kollha kemm huma ħassew l-art tiċċalaq taħt saqajhom.