Saturday, December 21, 2024

Terremot qawwi viċin gżejjer Russi jqanqal tħassib dwar il-possibbiltà ta’ tsunami

Aqra wkoll

L-Istħarriġ Ġeoloġiku amerikan ħareġ twissija għal tsunami, li aktar tard tħassar, wara li terremot qawwi ta’ 7.7 fuq l-Iskala Richter laqat lill-Gżejjer Kuril fir-Russja.

It-terremot seħħ f’fond ta’ 59 kilometru, madwar 1,400 kilometru fil-Grigal tal-Ġappun.

Inizjalment iċ-Ċentru għal Twissija ta’ Tsunami fil-Paċifiku kien qal li hemm il-possibbiltà li t-terremot jikkawża tsunami sa distanza ta’ 1,000 kilometru mill-epiċentru. Dan wara li qalet li terremoti simili ta’ din il-qawwa fil-passat kienu kkaġunat tsunami ferm ’il bogħod mill-epiċentru.

Madankollu aktar tard saħqet li t-terremot ikkaġuna mmewġ relattivament żgħar u li ma kien hemm l-ebda aktar forma ta’ theddida.

Ekonomija

Sport