Terry ta’ Bormla, magħrufa wkoll bħala z-zija TT ġiet uffiċjalment rikonoxxuta mill-istat bħala mara.
Filwaqt li xerrdet fuq il-profil tagħha ritratt tal-karta tal-identità, bl-ittra tas-sess tagħha li juri F (mara), hija qalet li minn issa ’l quddiem żgur tista’ tgħid li hija mara.
Terry hija magħrufa sew ma’ ammont sostanzjali ta’ segwaċi li jsegwu dak li ttella’ fuq il-midja soċjali. Bosta kienu dawk li kkummentaw dwar din l-aħbar u awgurawlha għal dan il-pass tant importanti f’ħajjitha.