Saturday, March 14, 2026

Tessa tilfet lil ħuha minħabba brain tumour … issa qed tistudja għal nurse

Aqra wkoll

Inti temmen fil-kumbinazzjonijiet? Tessa tilfet lil ħuha Juan minħabba brain tumour meta kellu biss 14-il sena.

Snin wara, il-ħajja laqqgħatha ma’ Sven, li sa minn meta kellu 10 snin qed jiffaċċja l-istess battalja. F’dawn l-aħħar snin, Sven għadda minn 6 operazzjonijiet tal-brain tumour bejn Malta u l-Ingilterra.

Iż-żewġ familji esperjenzaw is-sapport ta’ Puttinu Cares fl-aktar mumenti diffiċli tagħhom, waqt li kienu qed joqogħdu fl-appartamenti ta’ Sutton għall-kura.

Illum Tessa u Sven ilhom flimkien 3 snin. It-tnejn huma studenti. Sven qed jistudja Accounts, filwaqt li Tessa qed tistudja biex issir Nurse, bit-tama li xi darba tkun hi li tagħti kura u tama lil oħrajn.

Storja li tfakkarna li xi kultant, anke wara l-akbar uġigħ, il-ħajja xorta tista’ ġġib imħabba u tama.

Dan kien il-messaġġ li twassal fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares, li bħalissa għaddejjin il-preparamenti għal maratona tal-Ġimgħa l-Kbira.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport