Il-katavru li nstab f’għalqa f’Birżebbuġa ftit tal-ġimgħat ilu ġie ikkonfermat li hu ta’ Karmenu Fino.
L-anzjan ta’ 83 sena kien ġie rrapportat nieqes fit-28 ta’ Ġunju wara li b’xi mod ħareġ mir-residenza ta’ San Vinċenz.
Minħabba li l-katavru nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni u ma setax jiġi identifikat mill-ewwel, kellhom isiru t-testijiet tad-DNA liema riżultati ħarġu aktar kmieni. .
Mill-awtopsja li kienet saret irriżulta li ma kienx hemm l-involviment ta’ terzi persuni u li l-mewta ma kinitx waħda suspettuża.