Saturday, August 1, 2026
Home Sport Pep Guardiola jistqarr li mhux se jwaqqaf lil Bernardo Silva milli jingħaqad...

Pep Guardiola jistqarr li mhux se jwaqqaf lil Bernardo Silva milli jingħaqad ma’ Barcelona

0
670

Pep Guardiola stqarr li mhux se jwaqqaf lil Bernardo Silva milli jingħaqad ma’ Barcelona jekk jintlaħaq ftehim ma’ Manchester City.

Barca ilhom isewgu lill-midfielder internazzjonali Portugiż mill-bidu tas-sajf iżda r-restrizzjonijiet finanzjarji tal-club żammewhom milli jissottomettu offerta liċ-champions tal-Premier League.

Paris Saint-Germain jinsabu wkoll fit-taqtiegħa biex jiffirmaw lil player ta’ 28 sena u ssottomettew offerta ta’ €70 miljun.

Iżda t-talba tas-Citizens hija dik ta’ €90 miljun.