Saturday, May 18, 2024

Samuel Umtiti jingħaqad ma’ Lecce

Aqra wkoll

L-internazzjonali Franċiż ta’ Barcelona, Samuel Umtiti, li sfortunatament kien ikkalpestat minn bosta injuries mindu rebaħ it-Tazza tad-Dinja 2018, ingħaqad mal-club tas-Serie A, Lecce.

Dan id-difensur ta’ 28 sena se jsirlu t-test mediku l-Ħamis wara nofs in-nhar biex jiffirma mal-club li għadu kif ġie promoss fl-ogħla diviżjoni wara li rebaħ il-kampjonat tas-Serie B.

Stqarrija fuq is-sit elettroniku ta’ Barcelona sostniet li ntlaħaq ftehim ma’ Lecce biex Samuel Umtiti jissieħeb magħhom sat-30 ta’ Ġunju, 2023.

Dan ifisser li Lecce se jaqsmu s-salarju ta’ Umtiti flimkien ma’ Barcelona. Il-Katalani aċċettaw li jagħmlu dan biex jeħilsu mill-player biex ikunu jistgħu jirreġistraw lil Jules Kounde li kien xtraw mingħand Sevilla.

Sport