Wednesday, October 15, 2025

Teun Koopmeiners se jitlaq lil Juventus

Aqra wkoll

Teun Koopmeiners, akkwistat mingħand Atalanta sentejn ilu għal madwar €60 miljun, ma rnexxielux jikkonferma l-aspettattivi ma’ Juventus. Il-midfielder Olandiż, li Thiago Motta xtaq jagħmlu fiċ-ċentru tal-logħob, ma sabx post stabbli lanqas taħt il-gwida ta’ Igor Tudor.

Il-prestazzjonijiet tiegħu kienu taħt il-livell mixtieq u saħansitra tilef postu man-nazzjonali Olandiża. Skont ġurnal Taljan, il-klabb ta’ Torino qed jikkunsidra bejgħ possibbli fis-sajf li ġej, bi prezz stmat ta’ €35 miljun sabiex jevita li jitlef xi flus minn fuq l-investiment inizjali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport