Sunday, December 22, 2024

Tfajla b’riġel artifiċjali, illum timmudella ma’ ditti rinomati

Aqra wkoll

Iona Hay, tfajla ta’ 18-il sena li tilfet waħda minn riġlejha bħala kawża ta’ kanċer fl-għadam, illum il-ġurnata taħdem bħala mudella ma’ ditti rinomati fil-qasam tal-moda, fosthom Burberry u H&M. 

F’Novembru li għadda Iona ġiet avviċinata minn Zebedee Management — aġenzija li tgħin nies b’diżabiltà jisfruttaw it-talenti tagħhom permezz ta’ opportunitajiet — u minn hemm infetħet it-triq tal-immudellar għaliha.

Ritratt: Daily Record

It-tfajla tiddeskrivi l-opportunitajiet li kellha s’issa fl-immudellar bħala “esperjenzi tal-ġenn” u tinsab ħerqana biex tkompli tikseb iktar esperjenza f’dan il-qasam.

Hija tittama li jirnexxilha tkun ta’ ispirazzjoni għal żgħażagħ oħra li jinsabu għaddejjin minn esperjenza simili u targumenta li “Huwa importanti ħafna li ditti kbar fil-qasam tal-moda jħaddnu d-diversità”. 

Minkejja li Iona għandha riġel minnhom artifiċjali, dan ma waqqafhiex milli tirnexxi fil-karriera tal-immudellar. Hija saħansitra timmudella biż-żraben għal kull waħda mid-ditti li taħdem magħhom.

Ekonomija

Sport