Saturday, May 4, 2024

New York: Misjub mejjet qassis akkużat li seraq lill-kongregazzjoni għas-sess

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Qassis tal-Knisja Kattolika fi New York li kellu jirriżenja mill-minister minħabba akkuża serja ta’ serq ta’ kważi miljun ewro mill-kongregazzjoni, instab mejjet f’ċirkostanzi mhux uffiċjali, fid-dar tiegħu. Il-pulizija ma tat ebda dettalji ta’ x’wassal għall-mewta ħesrem ta’ dan il-qassis iżda li huwa żgur huwa li kien hemm diversi parruċċani rrabjati miegħu minħabba l-iskandlu sesswali gravi li kien allegatament involut fih.

Fr Peter Miqueli, li kien involut fi skandlu ta’ serq ta’ ammont kbir ta’ flus biex iħallas raġel għas-sess, jixtri dar u jħallas għal mediċinali llegali, instab mejjet fid-dar tiegħu fi New Jersey. L-awtoritajiet lokali minnufih bdew investigazzjoni ħalli jiddeterminaw x’wassal għall-mewta misterjuża ta’ dan ir-reliġjuż.

Miqueli kien irriżenja mill-pożizzjoni ta’ qassis li kellu f’Diċembru tal-2015. Huwa kien il-pastor ta’ St Frances de Chantal li tinsab fi Bronx. Il-Kattoliku Ruman kien akkużat li kien qiegħed jgħix ħajja doppja fejn f’waħda kien qassis bil-għaqal, mentri l-lat oskur tiegħu kien dak ta’ skjav li jħobb jixrob l-urina ta’ “sidu fis-sess”, Keith Crist.

Allegatament Fr Miqueli kien nefaq kważi miljun ewro lill-bodybuilder Keith Christ bħala ħlas għal sessjonijiet ta’ logħob sesswali għall-prezz ta’ madwar €1,000-il waħda. Dawn il-flus jingħad li ttieħdu mid-donazzjonijiet li kienu jsiru mill-kongregazzjoni fil-quddisiet. Barra minnhekk, skont dokumentazzjoni li ġiet ippreżentata f’kawża għad-danni mill-parruċċani stess, il-qassis berbaq aktar minn €50,000 biex jixtri mediċini llegali li jingħataw biss b’riċetta ta’ tabib. Miqueli kien akkużat ukoll li parti mill-fondi li seraq użahom biex jixtri d-dar tiegħu li swietu mal- €250,000. 

Id-djoċesi ta’ New York fiż-żmien meta nfetħet il-kawża għad-danni qalet li l-allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Miqueli qatt ma kienu ppruvati iżda investigazzjoni oħra mill-awtoritajiet ikkonkludiet li l-qassis seraq aktar minn €20,000 miġbura mill-kongregazzjoni tiegħu. Il-ġurnal “Post” irrapporta li d-djoċesi ħalset lura s-somma u għaldaqstant ma nħarġu ebda akkużi.

Minkejja li twaqqaf kollox fil-qrati, id-dettalji tal-attivitajiet illeċiti tal-qassis ħarġu fid-depożizzjonijiet tal-parruċċani ftit qabel Miqueli rreżenja, jiġifieri erba’ snin u nofs ilu. Fost dettalji luridi jingħad li l-qassis kien jissottometti ruħu għal swat bil-frosti, jintrabat bil-ktajjen, jixrob l-urina u juża ċintorin tal-kastità. Dan kollu fi stat iddrogat b’kullar ta’ kelb madwar ma’ għonqu. 

Dettal ieħor tat-trasgressjonijiet sesswali estremi ta’ dan l-eks qassis huwa dak li kien wasal anke biex stieden lill-għarusa tas-sieħeb tiegħu, Tatyana Gudin, biex tingħaqad magħhom fil-logħob pervertit tagħhom. Dan, skont kliem it-tfajla stess, bl-iskop li l-qassis jilħaq fantażija sesswali oħra minn tiegħu li jumilja lilu nnifsu quddiem tfajla sabiħa u Lhudija.

Sport