Monday, April 29, 2024

Tfajla Għawdxija llejla tkanta fil-finali ta’ San Remo Junior

Aqra wkoll

It-tfajla u kantanta Għawdxija Maria Curmi li għad għandha 13-il sena llejla se tkun qiegħda tkanta fil-finali ta’ San Remo Junior li se jsir fl-Ariston.

Curmi se tkun qiegħda tikkompeti ma’ 25 kantant u kantata oħra li ġejjin minn diversi pajjiżi.

Illejla Maria Curmi se tinterpreta l-kanzunetta Skyfall u se tkun akkumpanjata mill-Orkestra Filarmonika ta’ Sanremo taħt id-direzzjoni tal-Maestro Mario Natale.

Jakkumpanjaw lil Maria fl-Italja hemm ommha Catherine u missierha Alan u magħhom ingħaqdet il-preżentatriċi Antonella Vassallo li hija liċenzjata biex torganizza dan il-konkors f’Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport