Mara ta’ 23 sena residenti Pembroke sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħet minn xi għoli waqt li kienet qed timxi fuq l-irdumijiet.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.00p.m. fl-inħawi magħrufa bħala tal-Qarraba, limiti ta’ Għajn Tuffieħa.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.
Aktar qabel:
Tfajla ta’ 23 sena ġiet salvata minn Membri tal-Protezzjoni Ċivili fiż-żona magħrufa bħala tal-Qarraba, fl-Imġarr.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:30 p.m meta t-tfajla waqgħet minn għoli.
Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li tfajla ġarbet xi ġrieħi u allegatament kellha anke ksur.
L-operazzjoni mid-Dipartiment tal-Protezzjoni kienet waħda delikata mmens u l-uffiċjali kellhom jixxabbtu biex itellgħuha f’żona fejn m’hemmx dwal.