Thursday, April 18, 2024

Tifel ta’ disa’ snin jitlef ħajtu minħabba ġrieħi li sofra fil-kunċert Astroworld

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Dik li kellha tkun lejla ta’ ċelebrazzjoni, sfat fi traġedja. Tifel ta’ 9 snin sar l-iżgħar persuna li miet minħabba ġrieħi li ġarrab waqt il-festival tal-mużika Astroworld fi Houston.

L-avukat tal-familja Ben Crump qal li Ezra Blount sfortunatamanet tilef ħajtu lbieraħ fl-Isptar tat-Tfal ta’ Texas fi Houston.

Iċ-ċkejken kien jinsab f’koma medika wara li sofra ġrieħi hekk kif kien jinsab waqt il-festival li sar fil-5 ta’ Novembru.

B’din l-aħbar traġika jfisser li huwa sar l-10 vittma ta’ dan il-festival.

Treston Blount, missier Ezra, iddeskriva dak li ġara fil-5 ta’ Novembru f’post fuq paġna GoFundMe li waqqaf biex ikun jista’ jħallas l-ispejjeż mediċi ta’ Ezra. Qal li Ezra kien bilqiegħda fuq spallejh meta f’daqqa waħda resqet folla kbira lejhom. Kawża t’hekk, il-missier intilef minn sensih u wara ngħata l-aħbar li t-tifel tiegħu kien jinsab l-isptar minħabba l-ġrieħi li sofra f’diversi organi.

Sfortunatament dan il-festival ħalla numru ta’ vittmi oħra li l-età tagħhom tvarja bejn l-14-il sena u s-27 sena.

Ekonomija

Sport