Tfajla ta’ 17-il sena nqatlet wara li żagħżugħ ħebb għal diversi studenti b’b’xabla fi skola fl-Iżvezja.
F’dan l-inċident, li seħħ il-Ġimgħa waranofsinhar fil-belt ta’ Fagersta, weġġgħu tliet persuni oħra.
Il-ġenituri tat-tfajla ta’ 17-il sena tkellmu ma’ gazzetta lokali – Fagersta-Posten – u qalu li binthom kienet inqatlet f’dan l-attakk.
B’rabta ma’ dan il-każ, ġie arrestat żagħżugħ ta’ 18-il sena. Skont ma ġie rrapportat fil-midja internazzjonali, il-Pulizija Żvediża qiegħda tinvestiga jekk is-suspettat kienx involut f’komunitajiet online li allegatament jippromwovu l-vjolenza fl-iskejjel.
Diversi mexxejja tal-partiti rispettivi kkanċellaw id-diskorsi li kellhom ippjanati għas-Sibt u waqqfu temporanjament il-kampanja elettorali qabel l-elezzjoni ġenerali tal-Iżvezja tat-13 ta’ Settembru.




