Tuesday, March 17, 2026

Tfajla tirrakonta kif insterqet l-identità tagħha

Aqra wkoll

Accounts foloz li ppretendew li huma Sasha-Jay kisbu mal-81,000 segwaċi fuq TikTok u mat-22,000 segwaċi fuq Instagram.

Għal diversi snin, iż-żagħżugħa Sasha-Jay ġiet akkużata li qed tqarraq ma’ l-irġiel u li qed tirranġa għal laqħat magħhom u ma tmurx. Dan wassal biex, Sasha kienet qed tiġi ffastidjata minn nies li ma tafx.

Midja internazzjonali rapurtat li dan ġara minħabba li xi ħadd seraq ir-ritratti ta’ Sasha-Jay mill-accounts personali tagħha tal-midja soċjali u għamlet account falz biex tibni relazzjonijiet ma’ irġiel u ħbiberiji ma’ nisa oħra.

F’kumment li tat lil midja, Sasha li għandha 19 -il sena qalet li kellha subien jiġu fuqha, jiffastidjawha u jakkużawha li qed tibgħatilhom messaġġi jew li qed tagħmel pjanijiet biex jiltaqgħu.

Il-Pulizija ta’ South Wales qed tinvestiga dan il-każ, filwaqt li l-avukat tas-sigurtà, Yair Cohen qal li n-nies li jfixklu l-affarijiet jagħmlu dan għax spiss ikunu motivati minn “low self-esteem” u jgawdu l-poter li dan jagħtihom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport