Malta ……………….1
Irlanda ta’ Fuq ….5
Fl-ewwel logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew ta’ taħt is-17-il sena tan-nisa L-Irlanda ta’ Fuq għelbu lil Malta 5-1.
L-Irlanda ta’ Fuq fetħu l-iskor wara biss erba’ minuti meta l-goalkeeper Maltija Maya Muscat kellha x-xutt tagħha jaħbat ma’ Rhianna Breen u jispiċċa fix-xibka.
Mal-kwarta logħob, l-Irlandiżi rduppjaw l-iskor meta kienet Niamh Bootroyd li venvnet xutt minn tarf il-kaxxa li ħasad għal kollox lil Muscat.
Il-Maltin wettqu reazzjoni tajba u naqqsu l-marġni tal-iskor fit-23 minuta meta wara li rċeviet minn corner ta’ Lexine Farrugia, Francesca Bartolo permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża għelbet lil Smith.
L-Irlanda ta’ Fuq iżda reġgħu żiedu l-vantaġġ meta wara żball difensiv, approfittat Gracie Conway li permezz ta’ daqqa ta’ ras oħra tefgħet wara Maya Muscat.
L-Irlanda ta’ Fuq skorjaw ir-raba’ gowl fit-83 minuta meta s-sostituta Bernardette Ferreira kellah x-xutt b’saħħtu tagħha li għeleb għal kollox lil Muscat.
L-istess Ferreira rreġistrat doppjetta personali minuta biss wara hekk kif minn quddiem Maya Muscat tefgħet ġewwa.
Malta tilgħab it-tieni logħba tagħha nhar it-Tlieta li ġej kontra l-Lussemburgu fil-11.00am fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.
Malta lagħbet b’din il-formazzjoni: Maya Muscat, Amber Galea (Leanne Frendo 61), Aisha Micallef, Francesca Bartolo, Ema Micallef, Lexine Farrugia (Lisa Calleja 87), Sara Saliba (Maia Gauci 46), Nyorah Celeste (Amelia Vassallo 61), Kaysia Micallef (Suzanne Farrugia Sacco 74), Thea Ida Scicluna, Stella Francalanza Kowċ: Vince Galea