Tuesday, April 16, 2024

Tfakkar il-memorja ta’ Iz Zy b’ittra miktuba f’ismu

Aqra wkoll

Bħal-lum sena, 20 ta’ Novembru 2021 bosta kienu dawk li qamu maħsudin għall-aħbar tal-mewt ta’ Ismael, magħruf bħala Iz Zy, f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa. 

Bosta kienu dawk li fakkru u saħansitra baqgħu jfakkru l-memorja tiegħu wara mewtu. Fost l-aktar riċenti kienet ittra miktuba f’ismu minn waħda mill-ħbieb tiegħu. L-ittra tgħid:

“Illum għalaq sena ‘l bogħd minnkom! 20 ta’ Novembru 2021 fis-1.30 ta filgħodu Alla għoġbu jsejjaħli ħdejh biex inkun anġlu tagħkom u nkun nista’ nipproteġikom u nieħu ħsiebkom.

Kien l-ewwel Milied u l-ewwel ta’ sena mingħajri u naf li kienet wisq diffiċli biex taċċettawha li ħallejtkom ħabta u sabta imma taqtgħux qalbkom, għalkemm mhux qiegħed preżenti magħkom jien minn hawn fuq xorta ħa nibqa’ nieħu ħsiebkom u dejjem ħa tkunu f’qalbi.

Sa meta nerġgħu nitaqgħu ħbieb u kif ngħidilkom jien bil-relax u top il-full ħbieb…

Dejjem F’Qalbkhom Għażiż Tagħkhom”.

Flimkien ma’ Ismael fil-karozza kien hemm tfajla oħra li sofriet ġrieħi serji wkoll. Fortunatament hija ħarġet mit-Taqsima tal-Kura intensiva disat ijiem wara l-inċident u kompliet tirpilja.

Ekonomija

Sport