Dalgħodu uffiċjali tal-pulizija kellhom sorpriża ħelwa hekk kif ukoll ta’ tfal mill-Iskola Primarja tar-Rabat marru jżuru l-Għassa tal-istess lokalita.
Uffiċjali tal-pulizija filwaqt li qadu jitkellmu mat-tfal ġibdu anke ritratti biex jibqgħu tifkira. Iżda hekk kif l-istess uffiċjali staqsew jekk hemm xi ħadd irid jidħol fil-karozza tal-pulizija… it-tfal kollha “nvadew” l-istess karozza.
Il-Pulizija jiringrazzaw lill-istudenti u anke lill-għallieam ta’ din iż-żjara fejn sostnew li bdew il-ġurnata tax-xogħol fuq nota pożittiva.