Persuna jew persuni mhux magħrufa fl-aħħar ħinijiet tefgħu ammont kbir ta’ żejt mat-Torri ta’ Għajn Żnuber. Dan intqal permezz ta’ post fejn facebook fuq il-paġna ta’ Majjistral Nature and History Park.
It-taraġ tal-istess torri sofra l-akbar ħsara hekk kif ġie miksi kollu kemm hu biż-żejt. L-istess torri kien ġie restawrat fl-aħħar snin mill-Prk tal-Majjistral hekk kif inhu meqjus bħala wirt nazzjonali.
Il-Pulizija u anke l-ERA qegħdin jinvestigaw dan il-każ u anke biex isir it-tindif meħtieġ.
Uffiċjali tal-Park tal-Majjistral qed jappellaw lin-nies biex min għandu xi informazzjoni jgħaddihom b’mod immedjat anke b’mod anonimu.