Uffiċjali Griegi għaddejjin bi tfittxija għal Alber Calibet ta’ 59 sena li għeb waqt li kien hike waħdu fuq il-gżira ta’ Amorgos.
Kien nhar it-Tlieta li għadda li ħbieb ta’ Calibet irrapportaw lill-awtoritajiet li hu ma kienx irritorna mill-hike li kien qiegħed jagħmel matul il-ġurnata.
Mill-ewwel bdiet tfittxija għalih kemm mill-gwardji tal-kosta u anke minn voluntieri li ngħaqdu magħhom. It-tfittxija qiegħda ssir anke fuq il-gżejjer ta’ Paros u Naxos minħabba suspett li Calibet seta’ mar hemm ukoll.
L-aħbar ta’ Calibet li għeb waslet biss ġranet wara li l-preżentatur Michael Mosley ukoll ġħeb fil-Greċja din id-darba b’suspetti li l-aħħar li deher kien fuq il-gżira ta’ Symi.
Uffiċjali Ingliżi qalu li huma qegħdin jivjaġġaw lejn il-Greċja biex jgħinu fit-tfittxija ta’ Calibet bit-tama li jinsab ħaj.