Sunday, May 5, 2024

Tgħaddi mill-istadji kollha l-abbozz ta’ liġi li jsaħħaħ il-libertà tal-espressjoni f’pajjiżna

Aqra wkoll

Illejla mill-Parlament ġie approvat l-Abozz ta’ liġi fi stadju tat-tliet qari li għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ il-libertà tal-espressjoni f’pajjiżna. Dan ifisser li dan l-abozz ta’ liġi għadda minn kull stadju fil-Parlament u baqa’ biss il-firma tal-President.

Dan l-abbozz tressaq fid-dawl tal-fatt li l-mexxej tar-River of Love, Pastor Gordon Manché, talab lill-Pulizija biex tieħu passi kriminali fil-konfront ta’ tliet artisti lokali, fosthom fil-konfront tad-Direttur ta’ Teatru Malta, Sean Buhagiar. Dan wara li l-istess Manché ħassu offiż b’kummenti satiriċi li saru fil-konfront tiegħu.

Il-Ministru Bonnici kien sostna li huwa jemmen bis-sħiħ fil-libertà tal-espressjoni, skont il-parametri tal-liġi, ma jistax jippermetti li din tiġi maħnuqa.

Sport