Friday, December 13, 2024

“Tgħallimt nipprova nirbħilha jien id-dipressjoni milli nħalliha tirbaħli hi… il-fidi f’Alla għenitni ħafna”

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Waqt li indirizza konferenza organizzata mill-Partit Laburista, bit-tema “Poplu b’Saħħtu, Pajjiż b’Saħħtu”, id-Deputat Mario Grech tkellem dwar l-esperjenza personali dwar is-saħħa mentali.

“Jien qiegħed hawn, inbati bħal ħafna oħrajn, inbati bi problemi ta’ saħħa mentali. Kont viċin ħafna li nagħmel suwiċidju madwar sentejn ilu. Qed ngħid dan mhux biex jitħasruni n-nies jew biex niġbed is-simpatija imma biex inqajjem aktar għarfien dwar il-problemi ta’ saħħa mentali. Meta nies fil-ħajja pubblika jitkellem fuq il-problemi ta’ saħħa mentali tagħhom, ikunu qed jgħinu biex titnaqqas l-istigma u biex in-nies ifittxu l-kura,” qal Galea.

Qal li meta kien qasam l-esperjenza personali tiegħu, din affettwat il-ħajja politika tiegħu hekk kif waqt il-house visits beda jinnota li ħafna nies bdew iħossuhom komdi jitkellmu miegħu fuq problemi ta’ saħħa mentali.

“Illum ninsab aħjar imma għadni nieħu l-kura kuljum. Jien inbati wkoll minn anxiety disorder, barra li nbati bid-depression, u tgħallimt il-coping mechanism. Tgħallimt kemm jista’ jkun nipprova nirbħilha jien id-depression milli nħalliha tirbaħli hi, imma jien bniedem fraġli u jkun hemm xi drabi li tirbaħ hi. Maż-żmien tgħallimt il-coping mechanisms li jaħdmu għalija. Il-fidi f’Alla għenitni ħafna. Taħsbux li jien xi qaddis.”

“Il-mixi huwa xi ħaġa li ma niffinunzjax mingħajru, naħseb waħda mill-aktar kura li sibt għall-mard mentali.  Nimxi kuljum u għalhekk il-bżonn tal-ispazji miftuħa.”

“Mumenti diffiċli se jiġu żgur fuqek u naħseb it-tfal irridu nibdew nippreparawhom aktar fir-rigward tal-coping mechanism. Jekk nibdew nitkellmu mil-lum b’mod fattwali, ċar u responsabblil mat-tfal tagħna fuq il-problema tas-saħħa mentali jien ngħid inkunu qed ninvestu f’ġenerazzjoni oħra mingħajr il-pjaga tal-istigma lejn il-mard mentali.”

Żied jgħid: “Jien ridt inkun ċert li jekk se naqbeż kont se mmut. Dak il-ħin kont qed nimxi waħdi. Kelli l-kelb tiegħi li llum il-ġurnata huwa xwejjaħ. Moħħni ma kienx qed jirraġuna b’mod razzjonali. Illum sentejn wara nirringrazzja ‘l Alla li ma qbistx. Dan kien mument ta’ disperazzjoni. Jien nemmen li x-xemx terġa’ titla għal kulħadd. Illum ma ngħidx li solvejt il-problemi kollha ta’ ħajti imma tgħallimt ngħix bihom. Tafu x’żammni milli naqbeż dakinhar? Il-kelb għażiż tiegħi Rex.”

Kompla: “Għalhekk irridu nitkellmu aktar, imma b’responsabiltà fuq is-suwiċidju. Mhux veru li jekk titkellem fuq is-suwiċidju se tħajjar aktar nies jagħmluh.”

Ekonomija

Sport