Fi żmien il-Milied, membri tal-Mosta Girl Guides, qassmu madwar 90 borża lill-pazjenti li qegħdin jieħdu trattament tal-kanċer fid-Day Centre tas-SAMOC, fl-isptar Mater Dei, filwaqt li taw is-somma tà €150 lil Puttinu Cares.
Dawn il-boroż li saru minn materjal riċiklat minn membri tal-Mosta Girl Guides, l-ġenituri tagħhom u voluntiera oħra, u li jikkonsistu minn diversi oġġetti bħal ingwanti u kalzetti sabiex iżommu sħan, tè, lip balm, trab taċ-ċikkulata sħuna, cereal bars, kif ukoll lapsijiet u kuluri, joffru tgħannieqa kbira lil kull min għaddej min żmien diffiċli minħabba saħħtu, sabiex jagħmlu kuraġġ u ma jaqtgħux qalbhom.
Dan il-ġest ikompli jibni fuq l-inizzjattivi tajbin li ħadu l-Mosta Girl Guides tul din is-sena, fejn ftakkru u taw sehemhom fil-kommunità, f’konformità mà wieħed mil-motto tagħhom ‘Għati daqqa t’id’.