Thursday, October 10, 2024

Thake jgħid li xeba’ jappella lil Delia biex jara l-istampa nazzjonali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Jisħaq li l-PN għandu bżonn tmexxija ġdida kemm jista’ jkun malajr

Id-Deputat Nazzjonalista David Thake qal li xeba’ jappella lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex jara l-istampa nazzjonali u jagħmel dak li huwa ta’ ġid b’mod speċjali għall-partit u għall-pajjiż. Thake qal li pajjiżna għandu bżonn Oppożizzjoni b’saħħitha u li l-PN għandu bżonn tmexxija ġdida kemm jista’ jkun malajr.

Huwa qal dan fuq video li tella’ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook fejn qal li tajjeb li wieħed jiftakar għaliex it-tesserati vvutaw lil Delia. Huwa qal li dawn ivvutaw biex Delia isir Kap tal-PN u jgħaqqad il-Partit, iżda qal li Delia ma rnexxilux jagħmel dan. Thake qal li Delia kellu wkoll vot biex jirristruttura l-Partit u jaħseb li lanqas hawn ma rnexxilu.

Huwa żied jgħid, “ivvutaw lil Delia biex jirbaħ il-fiduċja tan-nies. Jekk aħna nħarsu lejn ir-riżultat ta’ stħarriġ ta’ surveys, tal-elezzjonijiet tal-MEPS u tal-kunsilli lokali, jidher ċar li Delia ma rnexxilux jiġbed il-vot tan-nies.”

“Jekk Delia bil-kwiet joqgħod jixtarr dwar dak li qed jiġri, jasal għall-konklużjoni li wasalt jien. Hemm bżonn tmexxija ġdida. Hemm bżonn ukoll uċuħ ġodda fil-Partit u ż-żgħażagħ jingħataw l-opportunità,” qal Thake.

Huwa żied jgħid li “jekk in-nies qed jgħidulek ma rridukx isservina, li tibqa’ tinsisti li tibqa’ hemm, int x’int, ma tistax tibqa’ hemm għax tagħmel il-ħsara.”

Intant, fl-istess ġimgħa anke l-eks Segretarju Ġenerali eks Ministru tal-PN Louis Galea qal li Delia għandu jwarrab u jieqaf jabbuża mil-lealtà tat-tesserati. Huwa qal dan permezz ta’ stqarrija li nħarġet proprju ftit sigħat wara li Delia kien tilef vot ta’ fiduċja fi ħdan il-kumitat eżekuttiv tal-PN. Fil-vot li ttieħed, 47 membru tal-eżekuttiv ivvotaw kontra Delia, 35 ivvotaw favurih, filwaqt li persuna astjeniet f’dak li kien vot sigriet.

Sport