Friday, November 22, 2024

Thake jqabbel ir-relazzjoni bejn il-bejjiegħ u l-konsumatur ma’ żwieġ

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista David Thake ddeskriva r-relazzjoni bejn il-bejjiegħ u l-konsumatur bħal żwieġ. Spjega li mhux kulħadd jaf id-drittijiet tiegħu fiż-żwieġ sakemm “allaħares qatt” jiġi għal każi ta’ separazzjoni, jqabbad avukat u jibda bil-proċeduri.

Thake qal li ħafna konsumaturi ma jafux id-drittijiet tagħhom x’inhuma u li jaħseb li mhux isir biżżejjed enfasi biex dawn jiġu edukati.

Huwa kompla biex jgħid li “sfortunatament ħafna mix-xiri llum isir online minn websites barranin, ngħid sfortunatament għax l-interess tiegħi huwa li jiekol kulħadd hawn Malta. Pero huwa fatt li negozji kbar madwar id-dinja qegħdin jieħdu ħafna minn dan in-negozju minħabba li n-negozji lokali ma jistgħux ilaħħqu mal-volum ta’ bejgħ li għandhom dawn in-negozji”.

Thake qal li hemm bosta negozjanti lokali online li jew m’għandhomx tagħrif ta’ termini u kunduzzjonijiet jew li saħansitra jmorru kontra l-liġi.

Huwa qal dan biex isaħħaħ l-argument tiegħu li jeħtieġ li jkun hawn aktar edukazzjoni f’dan is-suġġett. 

Sport